Sophos jgħin lill-organizzazzjonijiet iżommu d-dejta tagħhom sikura u jwaqqfu n-numru dejjem jikber ta' theddidiet li jiffaċċjaw kuljum. Dan jipprovdi firxa sħiħa ta' prodotti tas-sigurtà għall-punti aħħarin, l-enkripxin, il-posta elettronika, il-web u l-mowbajl, u jgħin il-klijenti aħħarin jipproteġu n-negozji tagħhom u jilħqu l-ħtiġijiet tal-konformità tagħhom. Kuljum, l-Analistiti tat-Theddid ta' Sophos madwar id-dinja jirnexxilhom isibu l-aħħar theddidiet rapidament ħafna, u jwasslu protezzjoni aġornata ċentrali u faċli lill-klijenti tagħhom b'mod awtomatiku, biex jipproteġu l-kontinwità tan-negozju u l-investimenti tal-IT.
Sophos huwa wieħed mill-bejjiegħa ewlenin tas-sigurtà li joffri protezzjoni u kontroll totali fuq attakki magħrufa u mhux magħrufa, malware, spyware, programmi mhux mixtieqa u spam, u jipprovdi firxa ta' prodotti u soluzzjonijiet differenti. Sophos beda jipproduċi prodotti tal-antivirus u tal-enkripxin kważi 30 sena ilu. Illum il-prodotti ta' Sophos jgħinu jiżguraw in-netwerks użati minn 100 miljun persuna f'150 pajjiż u 100,000 negozju. Hekk kif il-kumplessità tan-netwerks tkompli tikber, Sophos qed jiffoka biex iżomm is-sigurtà tal-informazzjoni sempliċi u affidabbli. Il-prodotti ta' Sophos igħinu biex jiżguraw kull punt aħħari ta' netwerk, minn laptops għal desktops u servers virtwali, għal traffiku tal-web u tal-posta elettronika, gateways u tagħmir mobbli li jistgħu jiġu mmaniġġjati faċilment fuq il-post jew permezz tal-cloud.
Protezzjoni ta' Netwerks
|
Protezzjoni tal-Utenti Aħħarin u Servers
|
|
|
|
SG UTM |
|
|
Protezzjoni tal-Punti Aħħarin |
|
|
XG Firewall |
|
|
Sophos Central |
|
|
Wi-Fi Sikur |
|
|
Kontroll tal-Mowbajl |
|
|
Gateway tal-Web Sikura |
|
|
Safeguard Enkripxin |
|
|
Gateway tal-Posta Elettronika Sikura |
|
|
Sigurtà tas-Servers |
|
|
Pure Message |
|
|
|
|
Parti importanti ta' Sophos huma SophosLabs. SophosLabs huma netwerk globali ta' analisti bi kwalifiki għoljin ħafna u mħarrġin sew, b'aktar minn 20 sena esperjenza fil-protezzjoni tan-negozji minn theddidiet magħrufin u emerġenti. Il-kompetenza ta' SophosLabs tkopri kull qasam tas-sigurtà tan-netwerks inklużi vajrusis, spyware, adware, intrużjonijiet, spam u URLs malizzjużi.
Il-Protezzjoni tan-Netwerks
Is-sigurtà tan-netwerks tirreferi għas-sistemi kollha ta' netwerk u tal-perimetru li jipproteġu kumpanija.
X'inhu Protett
- Il-kompjuters, it-tagħmir mobbli u s-servers kollha fuq netwerk
- Uffiċċji ta' fergħa u utenti mbiegħda konnessi ma' VPN
- Servers tal-posta elettronika u tal-web kif ukoll utenti tal-Wi-Fi
SG UTM
Il-UTM ta' Sophos jelimina l-kumplessità tal-implimentazzjoni u l-immaniġġjar ta' diversi soluzzjonijiet f'punti differenti biex tiġi protetta netwerk. Bl-użu tal-kontroll ċentralizzat tal-UTM ta' Sophos, permezz ta' interface tal-amministrazzjoni tal-web li faċli tużah, l-opzjonijiet kollha tas-sigurtà meħtieġa jistgħu jiġu applikati faċilment għal sistema ta' mmaniġġjar tas-sigurtà tal-perimetru kompluta, sabiex jiġu mmaniġġjati l-politiki kollha meħtieġa tas-sigurtà għal kontroll effiċjenti u effettiv tar-riskji.
XG Firewall
XG Firewall ta' Sophos jieħu approċċ innovattiv lejn l-oqsma kollha tas-sigurtà tan-netwerks. Mill-mod kif jiġu mmaniġġjati l-fajerwols, sal-mod kif jirrapportaw l-informazzjoni u kif jaħdmu ma' sistemi oħra tas-sigurtà madwarhom, biex b'hekk jagħtik livell mingħajr preċedent ta' sempliċità, għarfien, u protezzjoni avvanzata mit-theddidiet.
Wi-Fi Sikur
Il-Wi-Fi Sikur ta' Sophosjista' jiżgura aċċess mingħajr fili affidabbli fuq netwerk sħiħ bl-użu tal-UTM ta' Sophos bħala kontrollur mingħajr fili biex jiċċentralizzal-immaniġġġjar u s-sigurtà tal-Wi-Fi. Il-punti ta' aċċess ta' Sophos huma stabbiliti u konfigurati b'mod awtomatiku mill-UTM, li jagħti protezzjoni kompluta kontra theddidiet lill-klijenti mingħajr fili li jikkollegaw miegħu. Is-Sigurtà Mingħajr Fili ta' Sophos hija soluzzjoni faċli timmaniġġja ħafna li taħdem lil hinn mill-konvenzjoni mingħajr tagħmir żejjed jew konfigurazzjonijiet kumplessi.
Gateway tal-Web Sikur
Il-Gateway tal-Web ta' Sophos jissimplifika l-protezzjoni tal-web. Dan jipprovdi protezzjoni avvanzata mill-malware tal-web sofistikat tal-lum bi prestazzjoni ta' veloċità sorprendenti li mhux se jirrallenta l-utenti. Dan jipprovdi kontroll sħiħ u għarfien instantanju fuq l-attività kollha tal-web fuq in-netwerk. Dan huwa disponibbli bħala apparat ta' ħardwer jew fil-Cloud.
Gateway tal-Posta Elettronika Sikur
Il-Gateway tal-Posta Elettronika ta' Sophos hija soluzzjoni li tinkludi kollox għas-sigurtà tal-posta elettronika, l-enkripxin, encryption, DLP, u l-protezzjoni kontra l-ispam u t-theddidiet. Din tipprovdi protezzjoni avvanzata mill-attakki ċibernetiċi (spear phishing) sofistikati tal-lum u tipprovdi kontroll sħiħ fuq id-dejta li titlaq mill-organizzazzjoni permezz tal-posta elettronika. Din hija disponibbli f'apparat ta' ħardwer jew fil-Cloud.
PureMessage
PureMessage ta' Sophos jista' jinforza l-konformità mal-politika u jiddefendi kontra spam u theddidiet avvanzati fuq sistemi ta' Exchange, Domino u UNIX. Is-sistema tista' tiskannja posta elettronika li dieħla, li ħierġa u interna biex tipproteġi kontra l-ispam u l-aħħar theddidiet u tista' telimina sa 99% tal-ispam, iffaċilitata bl-aġġornamenti fil-ħin reali tal-Anti-Spam Dirett.
Protezzjoni tal-Utenti Aħħarin
Il-Protezzjoni tal-Utenti Aħħarin ta' Sophos tista' tipproteġi l-utenti bi protezzjoni fil-punt aħħari, enkripxin tad-dejta, u kontroll mobbli. Irrispettivament minn fejn jinsabu l-utenti, u minn dak li qed jużaw, dawn huma protetti.
X'inhu Protett
- Il-kompjuters, tagħmir mobbli u s-servers fuq netwerk kollha
- Enkripxin għal apparat u kondiviżjoni ta' fajls
- Tagħmir mobbli u laptops użati f'postijiet differenti
Protezzjoni tal-Punti Aħħarin
Irrispettivament minn jekk is-sistemi humiex qed jaħdmu fuq Windows, Mac jew Linux, Sophos jista' jipproteġi kontra malware u theddidiet avvanzati. L-aġent tas-sigurtà ta' prestazzjoni għolja ta' Sophos jista' jipprovdi anti-malware effettiv għall-pjattaformi kollha, kontroll faċli tal-applikazzjonijiet u l-apparati, u filtrazzjoni ta' websajts malizzjużi u mhux xierqa bi skannjar ta' malware tal-web inkorporat.
Sophos Central
Sophos Central hija pjattaforma ta' mmaniġġjar integrat li tissimplifika l-amministrazzjoni ta' prodotti multipli ta' Sophos u tipperemtti mmaniġġjar aktar effiċjenti tan-negozju għall-imsieħba ta' Sophos. Din il-pjattaforma unifikata għal immaniġġjar tas-sigurtà hija element tal-istrateġija tas-sigurtà sinkronizzata ta' Sophos li tippermetti prodotti multipli tas-sigurtà jaħdmu flimkien mingħajr xkiel b'immaniġġjar aktar sempliċi u sigurtà aħjar.
Kontroll tal-Mowbajl
Bil-Kontroll tal-Mowbajl ta' Sophos inti tista' tipproteġi b'mod effettiv smarfowns iOS, Android u Windows Phone 8 u żżomm id-dejta sensittiva tan-negozju li tkun għaddejja sikura u soda, kemm jekk qed issir referenza għal apparati korporattivi jew tal-impjegati (BYOD). Il-Kontroll tal-Mowbajl ta' Sophos jittratta l-apparati kollha mill-issettjar u r-reġistrazzjoni inizjali, sad-dekommissjonar tal-apparat. Dan huwa disponibbli bħala sistema lokali jew fil-Cloud.
SafeGuard Enkripxin
SafeGuard Enterprise hija soluzzjoni għall-kontroll tal-protezzjoni tal-informazzjoni modulari u kompletament skalabbli għal desktops, laptops u midja li tista' titneħħa f'ambjenti mħalltin. SafeGuard Enterprise ta' Sophos tippermetti n-negozji jipproteġu b'mod effettiv l-informazzjoni kunfidenzjali tagħhom u tgħinhom jikkonformaw ma' obbligi regolatorji
Sigurtà tas-Servers
Kemm jekk huwa server tal-fajls tal-Windows bażiku jew server ta' applikazzjonijiet tal-Linux sofistikati li jeħtieġ ikun protett, il-protezzjoni kontra l-vajrusijiet serji hija essenzjali meta jintużaw riżorsi ta' sistema ta' valur. Is-sigurtà ta' Sophos Sharepoint tista' timblokka d-distribuzzjoni ta' kontenut sensittiv jew mhux xieraq permezz ta' konsowl tal-immaniġġjar sempliċi u bbażat fuq il-web. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, Sophos għandu opzjonijiet għal protezzjoni tal-ħżin fuq netwerk ta' intrapriża bħal NetApp filers.